It-teknoloġiji diġitali qed jibdlu d-dinja li ngħixu fiha u naħdmu fiha. Huma jmissu ħafna aspetti differenti ta’ ħajjitna, minn kompiti ta’ kuljum bħal telefonati u xiri sa kif joperaw in-negozji u s-servizzi pubbliċi.
Il-pubblikazzjoni interattiva “Diġitalizzazzjoni fl-Ewropa” tipprovdi statistika faċli biex tinftiehem dwar it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u l-mod kif in-nies u n-negozji jużaw it-teknoloġiji diġitali.
Dan jgħaqqad testi qosra li jippreżentaw is-sejbiet ewlenin ma’ viżwalizzazzjonijiet interattivi li jippermettulek tqabbel il-pajjiżi tal-UE permezz ta’ indikaturi differenti.
Fuq l-istess tema
- Highlighted
Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.
Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!
Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.
Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...
Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!
Aħna ġejjin minn pajjiżi differenti u nitkellmu ilsna differenti, iżda l-kontinent Ewropew huwa darna lkoll.
Gwida lejn id-Dinja ta' Għeġubijiet li Tinsab Onlajn għal Tfal Intelliġenti
Din il-gwida tippreżenta fatti bażiċi fuq l-euro. Tagħti storja qasira tal-euro, ir-raġunijiet għaliex daħlet fis-seħħ u l-benefiċċji li toffri.