Iffiltra skont
Materjal tat-tagħlim
(13)
RSS

- Enfasizzat
Min huma l-“Gatekeepers” Diġitali u għaliex il-Kummissjoni teħtieġ li tirregolahom?

Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!

Din il-gwida tippreżenta fatti bażiċi fuq l-euro. Tagħti storja qasira tal-euro, ir-raġunijiet għaliex daħlet fis-seħħ u l-benefiċċji li toffri.

Il-HistoriCall – il-ġabra ta’ riżorsi diġitali bla ħlas għall-edukazzjoni ċivika u dwar l-istorja, maħluqa minn Dar l-Istorja Ewropea – tgħin lill-edukaturi jgħallmu l-integrazzjoni Ewropea b’mod interessanti, interattiv, u personalizzabbli.
Il-politika tal-UE dwar il-Kompetizzjoni u r-regoli tagħha jiggarantixxu suq uniku tal-UE ġust u miftuħ fejn il-kumpaniji tal-UE jistgħu jirnexxu u jibnu l-kompetittività internazzjonali.

Kumpaniji li jingħaqdu permezz ta’ akkwiżizzjonijiet jew impriżi konġunti jistgħu jġibu benefiċċji għall-ekonomija. Madankollu, xi fużjonijiet jistgħu jnaqqsu l-kompetizzjoni u fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu ħsara lill-konsumaturi permezz ta’ prezzijiet ogħla, għażla jew kwalità mnaqqsa, jew inqas innovazzjoni. Dan il-video jispjega kollox dwar il-kontroll tal-fużjonijiet tal-UE.
Min qal li l-istatistika traqqdek? Il-kwiżż divertenti tal-Eurostat se jittestja u jżid l-għarfien tiegħek dwar l-UE permezz ta’ fatti u ċifri diverte...

Min huma l-“Gatekeepers” Diġitali u għaliex il-Kummissjoni teħtieġ li tirregolahom?

Ingħaqad ma’ Felipe l-pinwgwin fuq l-avventura tiegħu fl-ibħra Ewropej! Waqt li tivvjaġġa ma’ Felipe, se tiskopri x’inhi l-ekonomija blu Ewropea, il-ħafna attivitajiet tagħha, u kif dawn jinteraġixxu fuq il-baħar.

Dan il-video jgħin lit-tfal jifhmu x’inhi l-inflazzjoni permezz tal-impatt li għandha fuq il-flus li jingħataw u x’jistgħu jixtru bihom.
Qatt qabditek il-kurżità dwar kif isiru l-mapep statistiċi tagħna? Tixtieq tagħmel il-mapep int ukoll? Il-Ġeneratur Interattiv tal-Mapep tal-Eurostat (IMAGE) huwa għodda bbażata fuq l-internet li tippermettilek tħejji malajr mapep statistiċi professjonali billi żżid id-data jew itellagħha direttament mill-bażi tad-data tal-Eurostat.

Minn analiżi tad-data statistika fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali jistgħu joħorġu d-differenzi u s-similaritajiet madwar l-UE jew fil-pajjiżi nfushom. Esplora l-istatistika f’pajjiżek jew fir-reġjun tiegħek u qabbilha ma’ dik ta’ pajjiżi jew reġjuni oħrajn fl-Unjoni Ewropea permezz tal-pubblikazzjonijiet tematiċi interattivi tagħna!

Niskużaw ruħna, dan il-kontenut mhux disponibbli bil-Malti. Learn about taxes!Want to know more about taxes in general or about specific aspects?