Skip to main content
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet16 Mejju 2022Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Film4Energy Challenge

   

Tiftakarha l-Film4Energy challenge li konna ħabbarna l-ħarifa li għaddiet?

Fil-kompetizzjoni ħadu sehem 90 skola minn 16-il pajjiż tal-UE! L-istudenti ta’ bejn it-12 u l-15-il sena ġew mistednin joħolqu videos qosra dwar il-benefiċċji tal-effiċjenza enerġetika, u l-użu ta’ alternattivi effiċjenti fl-enerġija għat-tisħin, it-tkessiħ, it-trasport, u attivitajiet oħrajn ta’ kuljum. L-istudenti ħadmu f’timijiet fuq il-proġetti tagħhom, li rriżultaw f’taħlita ta’ videos b’messaġġi kreattivi u ta’ ispirazzjoni, u issa wasal iż-żmien li jiġu żvelati l-iskejjel rebbieħa!

Ara, tgħallem u xxerja l-videos ippremjati, ħu gost u... kun intelliġenti, iffranka l-enerġija!

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
16 Mejju 2022
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Grupp ta’ età
Età minn 12-il sena sa 15-il sena
Type of content
Competition