Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

Fondi disponibbli għall-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ 2027

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 27 Ottubru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Tagħmel parti minn grupp taż-żgħażagħ li jixtieq jaqsam l-ideat tiegħu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa? 

Il-Parlament Ewropew qed joffri sostenn finanzjarju biex jgħin lill-gruppi taż-żgħażagħ jieħdu sehem fl-Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ (European Youth Event, EYE), li se jsir bejn it-18 u d-19 ta’ Ġunju 2027 fi Strasburgu.  

L-EYE huwa opportunità biex tiltaqa’ ma’ żgħażagħ oħrajn, taqsam l-ideat, u tiddiskuti dwar kwistjonijiet li huma importanti għalik. Is-sejħa għal finanzjament għandha l-għan li tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ gruppi ta’ żgħażagħ attivi u impenjati, b’sistema li tagħti prijorità lil żgħażagħ b’diżabbiltà, lil dawk li jgħixu fi bnadi rurali jew imbegħdin, u lil dawk li ġejjin minn kuntesti soċjalment jew ekonomikament żvantaġġjati.  

Jinteressak li tieħu sehem? Sir af aktar dwar l-opportunità ta’ finanzjament u ppreżenta l-applikazzjoni tiegħek permezz tal-formola tal-applikazzjoni tal-EUSurvey.  

Għandek żmien biex tapplika sat-13 ta’ Novembru 2026 f’23:59 CET.  

L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, l-għalliema, l-edukaturi, u l-professjonisti li jaħdmu maż-żgħażagħ huma mħeġġin jinfurmaw liż-żgħażagħ li jagħmlu parti min-networks tagħhom b’din l-opportunità.  

 

 

Data tal-pubblikazzjoni
27 Ottubru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News