L-ordni ġuridiku maħluq mill-Unjoni Ewropea jsawwar il-ħajja politika u s-soċjetà tagħna. Il-persuni mhumiex biss ċittadini tal-pajjiż, tal-belt jew tal-komunità tagħhom; huma wkoll ċittadini tal-Unjoni. L-ABĊ tad-dritt tal-UE mill-Prof. Klaus-Dieter Borchardt jeżamina l-għeruq tal-proġett Ewropew u l-iżvilupp tiegħu bħala ordni ġuridiku, u huwa xogħol ta’ referenza definittiv dwar is-suġġett.
Huwa maħsub għall-qarrejja interessati li jixtiequ għarfien inizjali dwar l-istruttura tal-Unjoni u l-pilastri li fuqhom huwa mibni l-ordni ġuridiku Ewropew.