Aħbarijiet (223)
RSS
The latest Eurobarometer on Youth and Democracy explores the views, concerns and expectations of young Europeans in 2026. The findings offer insights into how young people see democracy and their role in shaping Europe's future.

Tagħmel parti minn grupp taż-żgħażagħ li jixtieq jaqsam l-ideat tiegħu dwar il-ġejjieni tal-Ewropa? Il-Parlament Ewropew qed joffri sostenn finanzjarju biex jgħin lill-gruppi taż-żgħażagħ jieħdu sehem fl-Avveniment Ewropew għaż-Żgħażagħ (European Youth Event, EYE), li se jsir bejn it-18 u d-19 ta’ Ġunju 2027 fi Strasburgu.

L-iskola tiegħek għandha proġett li jgħin lill-istudenti jesploraw il-baħar u r-rabta tagħna miegħu? Għandek sal-15 ta’ Diċembru żmien biex tapplika biex issir Skola Blu Ewropea!

Trid tagħmel differenza fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima? Il-Patt Klimatiku Ewropew jistieden lill-iskejjel u lill-universitajiet madwar l-Ewropa biex jissieħbu ma’ Pact2School u jispiraw liż-żgħażagħ ħa jsarrfu l-ideat klimatiċi tagħhom f’azzjoni.

The new European statistics learning hub is here to help! Whether you're a student, teacher, parent or simply curious, you'll find engaging resources to explore statistics and discover how they relate to everyday life.

Il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, nediet l-Impenn favur l-Ekwità Interġenerazzjonali, u stiednet lill-politiċi lokali u reġjonali fl-UE kollha u fil-pajjiżi kandidati biex ipoġġu l-benesseri tal-ġenerazzjonijiet attwali u futuri fil-qalba tal-politiki tagħhom.

X’tista’ titgħallem billi tistudja jew tivvjaġġa barra minn pajjiżek? Sir af matul il-Jiem tal-Erasmus 2026! Mit-12 sas-17 ta’ Ottubru, fl-Ewropa u fil-pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+ qed jiġu organizzati kważi 11,000 avveniment biex jiġu ċċelebrati l-opportunitajiet li joffri l-programm.

As part of Ireland's Presidency of the Council of the EU, around 300 young people, policymakers and youth representative from across Europe came together in Dublin from 27 to 30 September for the EU Youth Conference.

Immaġinak tiftaħ app u tkun taf li tfasslet bil-ħsieb li t-tfal jinżammu ’l bogħod mill-perikli meta jkunu online. Din hija l-idea wara l-EU KIDS Act, proposta ġdida mill-Kummissjoni Ewropea biex id-dinja online ssir aktar sikura għat-tfal u għall-adolexxenti.

L-isbaħ xewqat fil-jum tal-għalliema!

Lest li tieħu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima? Jew taf lil xi ħadd li jaf ikun interessat?
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Ottubru se tkun miftuħa sejħa għal ambaxxaturi ġodda tal-Patt Klimatiku Ewropew! L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont kif jidħlu, għalhekk inħeġġuk tapplika kmieni bi kwalunkwe lingwa tal-UE.

Empower your students to navigate today’s data-driven world with the European Statistics Competition (ESC).

Young people turning 18 in 2026 will soon have another opportunity to explore Europe through DiscoverEU, part of the Erasmus+ programme.

B’kemm-il lingwa taf tgħid ħelow? Fis-26 ta’ Settembru, l-Ewropa tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi — opportunità biex tiskopri kemm tista’ tieħu gost bil-lingwi u tiċċelebra l-ħafna modi kif jgħaqqduna.

Fl-okkażjoni tal-Jum tas-Saħħa Mentali, fl-10 ta’ Ottubru, tista’ tniżżel u tipprintja posters lesti biex jintużaw mill-webpage li għamilna apposta biex liż-żgħażagħ ngħinuhom ikollhom kontroll fuq id-drawwiet diġitali tagħhom.

Fil-qafas tal-istrateġija għal Internet Aħjar għat-Tfal (BIK+), il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-istudenti, lill-ġenituri, lill-għalliema, u lill-edukaturi madwar l-Ewropa biex jieħdu sehem fi stħarriġ.

Lesti ruħek biex tiċċaqlaq! Mit-23 sat-30 ta’ Settembru, il-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2026 tistieden lin-nies ta’ kwalunkwe età, kuntest, u kapaċità biex jagħmlu attività fiżika u jiskopru l-benefiċċji ta’ stil ta’ ħajja attiv.

Are you looking for ways to help your child or student stay safe online?
A new child-friendly guide offers practical tips to help young people stay safe, happy and in control online.

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, jew “SOTEU”, huwa d-diskors annwali mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu kull Settembru, biex jagħti bidu għas-sena politika l-ġdida.

Il-konkors annwali tat-traduzzjoni fl-UE kollha jistieden lill-istudenti tal-iskejjel sekondarji li twieldu fl-2009 biex jagħmlu t-test tal-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Il-parteċipanti jistgħu jittraduċu bejn kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE — billi jagħżlu minn 552 kombinazzjoni lingwistika impressjonanti possibbli.