
© European Union
Ta' kull sena f'Settembru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea tagħmel id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni quddiem il-Parlament Ewropew, fejn tanalizza x’ġara fis-sena ta’ qabel u tippreżenta l-prijoritajiet għas-sena ta’ wara.
Il-President tistabbilixxi wkoll kif il-Kummissjoni se tindirizza l-aktar sfidi urġenti li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea u l-ideat biex jissawwar il-futur tal-UE.
Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, se tagħmel id-diskors tagħha fil-15 ta’ Settembru 2021. Id-diskors se jkun segwit minn dibattitu plenarju mal-membri tal-Parlament Ewropew.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 8 Settembru 2021