Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet15 Marzu 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

DiscoverEU: Wasal iż-żmien li tippakkja l-backpack tiegħek u tesplora l-Ewropa

Apply for a DiscoverEU travel pass and start exploring more than 30 countries in the EU and beyond!

Għandek 18-il sena u resident ta’ pajjiż tal-UE jew pajjiż ieħor assoċjat mal-Erasmus+? Mela pprepara ruħek għal avventura ma’ DiscoverEU!

DiscoverEU tagħtik l-opportunità li tivvjaġġa fl-Ewropa, tesplora d-diversità tagħha u titgħallem dwar il-wirt kulturali u l-istorja tagħha. Waqt li tivvjaġġa bil-ferrovija, tiskopri pajsaġġi fantastiċi u varjetà ta’ bliet u rħula. Barra minn hekk, se tiltaqa’ ma’ nies mill-kontinent kollu.   

Jekk tintgħażel, tkun tista’ tivvjaġġa sa 30 jum u tirċievi Kard Ewropea taż-Żgħażagħ ta' DiscoverEU, li tagħtik skontijiet fuq żjarat kulturali, attivitajiet ta’ tagħlim, u aktar!

Toqgħodx taħsibha fit-tul wisq. L-Ewropa qed tistenniek. Ħu l-ewwel pass! L-applikazzjonijiet huma miftuħa sad-29 ta’ Marzu.

Tgħallem aktar dwar: DiscoverEU

 

Dettalji

Referenza
Discover EU
Data tal-pubblikazzjoni
15 Marzu 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Grupp ta’ età
'Il fuq minn 15-il sena
Type of content
Competition