Taf liema drittijiet u opportunitajiet int intitolat għalihom bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea?
Kemm jekk tixtieq ittejjeb l-għarfien tiegħek kif ukoll jekk tidħol fil-fond dwar xi tfisser verament iċ-ċittadinanza tal-UE, il-Kummissjoni Ewropea għadha kif għamlitha daqsxejn aktar faċli grazzi għall-fuljett “Iċ-Ċittadinanza tal-UE: Drittijiet u Opportunitajiet”.
Il-fuljett ikopri kull aspett wara t-tifsira u l-benefiċċji ta’ ċittadinanza tal-UE, inklużi eżempji konkreti ta’ kif tista’ tgawdi l-aktar mill-fatt li int ċittadin Ewropew. Allura, x’qed tistenna? Skopri kif l-UE tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tiegħek fl-Ewropa u lil hinn minnha!
Eżerċita wieħed mill-ħafna drittijiet tiegħek taċ-ċittadinanza tal-UE dan is-sajf billi tivvota fl-elezzjonijiet Ewropej fis-6-9 ta’ Ġunju.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 April 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News