L-iskejjel sekondarji fil-pajjiżi kollha tal-UE issa jistgħu jibdew jirreġistraw għal Juvenes Translatores, il-konkors annwali tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Din is-sena, is-suġġett tat-testi li l-istudenti żgħażagħ se jiġu mitluba jittraduċu huwa “Ejjew naqbdu t-triq it-tajba — lejn futur aktar ekoloġiku”. Il-parteċipanti jistgħu jittraduċu bejn kwalunkwe tnejn minn fost l-24 lingwa uffiċjali tal-UE (552 kombinament possibbli ta' lingwi).
Ir-reġistrazzjoni għall-iskejjel — li hija l-ewwel parti minn proċess b'żewġ fażijiet — tagħlaq fl-20 ta' Ottubru 2021, f'nofsinhar (12.00 CET). L-għalliema jistgħu jirreġistraw bi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 6 Settembru 2021