
© European Union
Jum l-Ewropa, li jiġi ċċelebrat fid-9 ta’ Mejju ta’ kull sena, jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Unjoni Ewropea. Din is-sena, l-istituzzjonijiet Ewropej qed jiftħu l-bibien “virtwali” tagħhom għall-ġenerazzjonijiet kollha u jistednuk tgħin fit-tfassil tal-futur tal-Ewropa.
Ingħaqad ma’ dan Jum l-Ewropa uniku tal-2021, u:
- Ħu sehem f’esperjenzi virtwali biex tiskopri aktar dwar x’inhi l-UE u x’tagħmel permezz ta’ attivitajiet li jsiru fi Brussell, f’pajjiżek u lil hinn: https://europeday.europa.eu/
- Semma’ leħnek u spjega x’tip ta’ Ewropa tixtieq tgħix fiha permezz tal-pjattaforma diġitali l-ġdida tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa: https://futureu.europa.eu/
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 28 April 2021