Jekk inti parti miż-żgħażagħ Ewropej ħerqana li jiffurmaw il-futur tal-UE, din hija l-opportunità li ssemma’ leħnek!
Mit-13 sal-14 ta’ Marzu 2025, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) se jlaqqa’ żgħażagħ magħżula minn madwar l-Ewropa u l-għalliema li jakkumpanjawhom fi Brussell biex jiskambjaw l-ideat u r-rakkomandazzjonijiet tagħhom li mbagħad jiġu ppreżentati lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-UE. Id-diskussjonijiet se jsiru biss bl-Ingliż.
Inħeġġuk tapplika issa u mhux aktar tard mill-25 ta’ Novembru 2024!
L-iskejjel sekondarji kollha tal-Istati Membri tal-UE, kif ukoll tal-pajjiżi kandidati u tar-Renju Unit jistgħu japplikaw u jissuġġerixxu għalliem u student ta’ bejn 16 u 18-il sena. Il-qawwa tal-motivazzjoni se tkun kriterju ewlieni għall-għażla.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 13 Novembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Event