KIF TUŻA L-KRONOLOĠIJA TAL-UE
Merħba fil-Kronoloġija tal-UE! Ara hawnhekk kif tista’ tinnaviga fil-perjodi ta’ żmien jew fil-kategoriji ta’ żmien, kif tista’ ddaħħal l-avveniment tiegħek stess fil-perjodi ta’ żmien, u anki tixxerja u tipprintja l-elementi favoriti tiegħek.

Innaviga skont il-perjodu ta’ żmien
- Tista’ tinnaviga f’erba’ perjodi ta’ żmien.
- Ikklikkja fuq il-perjodu ta’ żmien li tixtieq tesplora.
- Se jidher skrin ġdid bl-immaġni ta’ dak il-perjodu ta’ żmien u kronoloġija taħtha.
- Jekk tara s-sena li tinteressak, Ikklikkja fuqha. Jekk le, skrollja sakemm issibha, imbagħad Ikklikkja fuqha biex taqra l-avvenimenti ta’ dik is-sena.
- Tista’ tixxerja l-avveniment favorit tiegħek jew il-paġna tal-avvenimenti ma’ sħabek u tipprintjahom ukoll.
Innaviga skont il-kategorija
- Tista’ tinnaviga f’sitt kategoriji.
- Ikklikkja fuq il-kategorija li tixtieq tesplora (eż. TEKNOLOĠIJA TAL-KOMUNIKAZZJONI).
- Ladarba tkun hemm, Ikklikkja fuq il-perjodu ta’ żmien li tixtieq tesplora (eż. 1946–1959).
- Skrollja ’l isfel u aqra dwar l-avvenimenti fil-kategorija u l-perjodu ta’ żmien magħżula tiegħek.
- Tista’ tixxerja l-avveniment favorit tiegħek jew il-paġna tal-avvenimenti ma’ sħabek u tipprintjahom ukoll.
Żid l-avveniment tiegħek
- Kemm jekk qed tinnaviga fil-perjodi ta’ żmien jew fil-kategoriji, mur fis-sena speċifika li fiha tixtieq iżżid l-avveniment tiegħek.
- Skrollja ’l isfel sa “Żid l-avveniment tiegħek”.
- Ikklikkja fuqha u imla d-dettalji.
- Ikklikkja “Żid mal-kronoloġija tal-UE”. In-noti personali tiegħek se jibqgħu fil-brawżer tiegħek biss, iżda se tkun tista’ tipprintjahom.