Minn ġellieda tar-reżistenza u superstiti tal-Olokawst għal politiċi u saħansitra stilla taċ-ċinema, il-mexxejja viżjonarji deskritti f’din it-taqsima ispiraw l-Ewropa li nafu llum.
Ħafna minnhom ħadmu biex itemmu l-orruri ta’ żewġ gwerer dinjija u biex jippromwovu l-paċi u s-solidarjetà. Kienu promoturi tal-valuri fundamentali li fuqhom hija msejsa l-UE:
- il-libertà, id-demokrazija u l-ugwaljanza
- ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, għad-drittijiet tal-bniedem u għall-istat tad-dritt
- is-solidarjetà u l-protezzjoni għal kulħadd
Huma għenu fl-iżvilupp tas-sistemi li wasslu għall-istabbiltà ekonomika u l-euro u kienu favur l-istorja kulturali rikka u d-diversità lingwistika tal-Ewropa. Din it-taqsima tiċċelebra l-kontributi tagħhom lejn l-Ewropa tal-lum. Bis-saħħa tal-kuraġġ u l-impenn tagħhom, l-Ewropa tal-lum hija reġjun ta’ paċi u stabbiltà.
Il-pijunieri tal-UE tinsab fil-formati li ġejjin: