- Tip ta’ materjal
Skopri mod ġdid u interessanti biex tesplora l-Ewropa mal-istudenti tiegħek bil-Made in Europe, il-paġna l-ġdida tal-Kummissjoni Ewropea fuq il-YouTube.
Din tesponi b’mod ħaj temi relatati mal-UE permezz ta’ filmati interessanti: Kif jaħdem verament Schengen? X’tagħmel l-UE dwar l-esplorazzjoni tal-ispazju? Kif tista’ tivvjaġġa madwar l-Ewropa b’biljett tal-ferrovija wieħed? Is-sikurezza tal-ikel fl-UE hija xi ħaġa reali?
Idħol hawnhekk biex issegwi u tesplora mal-klassi tiegħek!
Made in Europe — introduzzjoni
Ħu gost b’serje ġdida fjamanta dwar il-ħajja fl-Ewropa u ħarsa aktar profonda lejn suġġetti li jqajmu l-kurżità — imħejjija għalik mit-tim tal-YouTube tal-Kummissjoni Ewropea.
L-UE hija verament demokrazija?
F’dan l-episodju ta’ You Asked! Angelos jaqra l-kummenti ta’ taħt il-pubblikazzjonijiet tagħna biex iwieġeb għall-aktar mistoqsijiet importanti tiegħek dwar kif, fil-fatt, taħdem l-UE
X’inhu daqstant tajjeb fl-ikel Ewropew?
Qatt staqsejt lilek innifsek għaliex l-istess prodott tal-ikel jidher jew jintiegħem differenti fl-UE meta mqabbel mal-istess prodott fl-Istati Uniti jew fi bnadi oħrajn tad-dinja? Il-liġijiet tal-UE dwar is-sikurezza tal-ikel, il-projbizzjonijiet tal-pestiċidi, u kif l-UE tipproteġi lill-konsumaturi minn importazzjonijiet ta’ standards inferjuri, filwaqt li tappoġġa lill-bdiewa b’biljuni f’finanzjament.








