- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
- Ktieb ta’ attività
- Logħba
- Kitt għat-tagħlim

Tixtieq tipprattika l-ħiliet tal-verifika tal-fatti u tal-ħsieb kritiku mal-istudenti tiegħek b’mod divertenti? Skopri “On a Quest for Facts”, attività tal-klassi mfassla għall-istudenti li għandhom bejn 16 u 18-il sena, li tgħinek tgħallem dawn il-ħiliet essenzjali permezz ta’ logħob interessanti. L-attività tiffoka fuq pubblikazzjoni fittizja fil-midja soċjali u tirrikjedi li l-istudenti jfittxu u jidentifikaw dikjarazzjonijiet foloz, bl-għajnuna ta’ sitt karattri interessanti b’tema tal-UE. Agħmel użu minn din l-attività divertenti u għin fit-tiswir ta’ ġenerazzjoni ta’ ċittadini diġitali infurmati u li jaħsbu b’mod kritiku!
Għin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu u jipprattikaw il-ħiliet tal-ħsieb kritiku u tal-verifika tal-fatti b’mod divertenti, bl-użu tar-riżorsi tal-UE. Din l-attività tal-klassi hija mfassla għal studenti li għandhom bejn 16 u 18-il sena.
(Disponibbli bl-EN u bil-FR)
Fuq l-istess tema

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

- Highlighted
Se jkollok futur b’saħħtu? Agħżel l-avatar tiegħek u mur fuq vjaġġ f’jum tipiku biex issir taf.

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

- Highlighted
Ix-Xjenza tal-Għaġeb twassal id-dinja tar-riċerka avvanzata lix-xjenzati żgħażagħ fl-iskejjel primarji u sekondarji fl-Ewropa kollha.

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!

- Highlighted
Ħu r-rwol ta' ministru nazzjonali u esperjenza t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE billi tinnegozja dwar suġġetti reali li huma importanti għalik.