Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

Il-Jiem tal-Erasmus 2026: biex tiskopri, tagħmel il-kuntatti, u titgħallem madwar l-Ewropa kollha!

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 12 Ottubru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

X’tista’ titgħallem billi tistudja jew tivvjaġġa barra minn pajjiżek? Sir af matul il-Jiem tal-Erasmus 2026!  

Mit-12 sas-17 ta’ Ottubru, fl-Ewropa u fil-pajjiżi assoċjati mal-Erasmus+ qed jiġu organizzati kważi 11,000 avveniment biex jiġu ċċelebrati l-opportunitajiet li joffri l-programm. 

Sib avveniment li se jsir qrib fejn toqgħod: 

Avvenimenti — Il-Jiem tal-Erasmus  

It-tema ta’ din is-sena, “Nitgħallmu u nikbru: ħiliet għal għada”, tenfasizza l-ħiliet li jgħinuk tirnexxi — mill-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni sal-ħiliet diġitali u l-fehim interkulturali.  

L-istudenti fi Spanja se jaqsmu l-esperjenzi li kellhom bl-Erasmus+ fuq ir-radju, il-parteċipanti fir-Rumanija se jiskopru kif juru l-ħiliet li kisbu barra minn pajjiżhom, u l-istudenti fiċ-Ċekja se jispiraw lil oħrajn billi jaqsmu magħhom l-istejjer tagħhom.  

Jekk int student, għalliem, ġenitur, jew persuna li taħdem maż-żgħażagħ, il-Jiem tal-Erasmus huma opportunità biex tiskopri kif it-tagħlim transfruntier jista’ jiftaħ il-bibien, iwessa’ l-orizzonti, u jgħin fit-tiswir tal-futur tiegħek.  

Ħu sehem fiċ-ċelebrazzjoni bil-motto “6 ijiem biex l-Ewropa tibbrilla”!

Il-Jiem tal-Erasmus 

 

Data tal-pubblikazzjoni
12 Ottubru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News