Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet14 Settembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

Jibda l-konkors tat-tradutturi żgħażagħ tal-UE!

Konkors li jippremja lill-aħjar tradutturi żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea

""

L-iskejjel sekondarji fil-pajjiżi kollha tal-UE issa jistgħu jibdew jirreġistraw għal Juvenes Translatores, il-konkors annwali tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-kompetizzjoni se ssir online fl-23 ta’ Novembru. Fl-istess jum, fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-istudenti jittraduċu test taħt is-superviżjoni tal-għalliema tagħhom.

L-iskejjel jistgħu jirreġistraw online għall-istudenti tagħhom biex jikkompetu ma’ studenti oħra bħalhom fl-UE kollha. Ir-reġistrazzjoni fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE hija miftuħa sa 12.00 CET fl-16 ta’ Ottubru 2023.

Irreġistra issa

Min jista’ jieħu sehem?

Studenti fil-livell postsekondarju li twieldu fl-2006.

Kuntest

Kull sena mill-2007, id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mexxa l-konkors Juvenes Translatores fl-iskejjel fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-konkors tat-traduzzjoni jagħti liż-żgħażagħ togħma ta’ xi jfisser li tkun traduttur, iħeġġiġhom jitgħallmu lingwi barranin u jista’ jispira lil xi wħud minnhom biex isiru tradutturi professjonali. Kull sena jipparteċipaw madwar 3,000 żagħżugħ minn kważi 700 skola sekondarja.

Juvenes translatores

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
14 Settembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Grupp ta’ età
'Il fuq minn 15-il sena
Type of content
Competition