L-iskejjel sekondarji fil-pajjiżi kollha tal-UE issa jistgħu jibdew jirreġistraw għal Juvenes Translatores, il-konkors annwali tat-traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-kompetizzjoni se ssir online fl-28 ta’ Novembru. Fl-istess jum, fil-pajjiżi kollha tal-UE, l-istudenti jittraduċu test taħt is-superviżjoni tal-għalliema tagħhom.
L-iskejjel jistgħu jirreġistraw online għall-istudenti tagħhom biex jikkompetu ma’ studenti oħra bħalhom fl-UE kollha. Ir-reġistrazzjoni fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE hija miftuħa sa 12.00 CET fl-14 ta’ Ottubru 2024.
Min jista’ jieħu sehem?
Studenti fil-livell postsekondarju li twieldu fl-2007.
Kuntest
Kull sena mill-2007, id-Direttorat Ġenerali għat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea mexxa l-konkors Juvenes Translatores fl-iskejjel fl-Unjoni Ewropea kollha. Il-konkors tat-traduzzjoni jagħti liż-żgħażagħ togħma ta’ xi jfisser li tkun traduttur, iħeġġiġhom jitgħallmu lingwi barranin u jista’ jispira lil xi wħud minnhom biex isiru tradutturi professjonali. Kull sena jipparteċipaw madwar 3,000 żagħżugħ minn kważi 700 skola sekondarja.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Settembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Type of content
- Competition