
Ħu azzjoni kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi – flimkien nistgħu nagħmlu differenza!
Mit-18 sal-24 ta’ Novembru, niċċelebraw il-Ġimgħa Dinjija ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-reżistenza għall-antimikrobiċi – inizjattiva globali biex tiġi indirizzata t-theddida li dejjem qed tikber tar-reżistenza għall-antibijotiċi u għal mediċini antimikrobiċi oħra. Din il-kwistjoni tista’ taffettwa lil kulħadd u kullimkien, b’konsegwenzi serji għas-saħħa u s-soċjetà. Issa kulħadd jista’ jagħti sehmu fil-ġlieda kontra r-reżistenza għall-antimikrobiċi. Għaliex ma tindirizzax dan is-suġġett importanti fil-klassi tiegħek, bħala parti mill-kurrikulu tax-xjenza jew taċ-ċittadinanza, jew f’xi lezzjoni dwar is-saħħa?
Kemm jekk tixtieq tqajjem kuxjenza jew jekk trid tesplora f’aktar dettall ix-xjenza wara r-reżistenza għall-antimikrobiċi, il- materjal għat-tagħlim “Only up: Beat the Bug” jagħti lill-istudenti għarfien kif ukoll azzjoni. Fl-aħħar mill-aħħar il-missjoni hi l-istess għal kulħadd: inxejnu r-reżistenza qabel ma xxejjinna hi.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 18 Novembru 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena
- Type of content
- Celebration





