Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

#ForOurPlanet: Nagħmlu l-biċċa tagħna għal futur aktar ekoloġiku

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 3 Ġunju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
European Commission

Kull fejn indawru wiċċna nilmħu n-natura — fil-ħamrija, fis-siġar u l-fjuri tal-ġonna pubbliċi tagħna, u fl-annimali u l-insetti li jaqsmu d-dinja magħna. In-natura tgħinna nibqgħu f’saħħitna u ferħanin, issaffilna l-arja u l-ilma, tipprovdilna l-ikel, tiffriskalna l-bliet u l-irħula tagħna, u tħarisna mill-għargħar u mill-maltempati. 

Issa, imma, in-natura teħtieġ l-għajnuna tagħna. It-tniġġis, it-tibdil fil-klima, u l-użu żejjed tar-riżorsi qed jagħmlu ħsara lill-ekosistemi u jheddu l-ħajja selvaġġa madwar id-dinja. Iżda hemm tama. Kulħadd jista’ jgħin biex nipproteġu u nagħtu ħajja ġdida lin-natura, pass pass.  

Din is-sena, il-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE (1-5 ta’ Ġunju) u l-Jum Dinji tal-Ambjent (5 ta’ Ġunju) qed jistednuna lkoll biex naħsbu dwar kif nistgħu nħarsu lin-natura u ngħinuha tirkupra. Permezz tal-kampanja #ForOurPlanet, iż-żgħażagħ, il-familji, l-iskejjel, u l-komunitajiet huma mħeġġin jieħdu sehem fil-proċess biex in-natura tiġi megħjuna tirkupra — u b’hekk jgħinu lill-ekosistemi li saritilhom il-ħsara jieħdu r-ruħ u jerġgħu jiffjorixxu. 

Titħajjar tħawwel fjuri li jiffavorixxu d-dakkara, tnaqqas l-iskart, tieħu sehem f’xi attività ta’ tindif, jew tqatta’ aktar ħin tesplora n-natura? Barra minn hekk, tinsiex tara x’avvenimenti se jorganizzaw l-organizzazzjonijiet imseħbin mal-Ġimgħa Ekoloġika tal-UE madwar l-Ewropa kollha. Kull azzjoni favur il-pjaneta tagħna tgħodd!  

Sir af aktar hawn: 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
3 Ġunju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News