
Għaddew 6 snin minn mindu ġiet imnedija r-Rokna tat-Tagħlim, li toħloq u tippromwovi materjali edukattivi interessanti bl-24 lingwa kollha tal-UE għall-istudenti bejn 5 snin u 18-il sena. Ir-rokna tat-Tagħlim maħsuba kemm għaċ-ċittadini Ewropej żgħażagħ kurjużi, u kemm għall-għalliema li qed ifittxu r-riżorsi biex jgħinuhom jgħallmu dwar l-UE.
Grazzi lil kull min kien parti mill-inizjattiva billi aċċessa s-sit web tagħna u uża r-riżorsi tagħna — is-sena l-oħra biss, żaru s-sit aktar minn 5 miljun persuna. Aħna grati għall-entużjażmu tagħkom, u ħerqana biex inkomplu nagħmlu l-UE aktar aċċessibbli, interessanti u divertenti għaż-żgħażagħ Ewropej.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 20 Marzu 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News