Tixtieq tiddiskuti dwar kwistjonijiet ta' sostenibbiltà mal-istudenti tiegħek u tħeġġiġhom jipproteġu l-pjaneta tagħna?
Dan is-sett ta' għodod ġdid għall-għalliema tal-iskola sekondarja joffri attivitajiet għall-klassi, informazzjoni ta' sfond dwar fatti ambjentali, eżempji ta' proġetti ta' ispirazzjoni u azzjonijiet “ekoloġiċi” li l-istudenti jistgħu jagħmlu fil-ħajja ta' kuljum tagħhom.
Is-sett ta' għodod huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE hawnhekk
Is-sett ta' għodod ġie żviluppat bħala parti mill-kampanja Green Trip tal-Kummissjoni Ewropea. Żur is-sit web tal-kampanja biex
- tirreġistra għall-webinars li jispjegaw kif tuża s-sett ta' għodod u
- ssib kontenut addizzjonali biex tinvolvi liż-żgħażagħ fi kwistjonijiet ta' sostenibbiltà bl-Ingliż, il-Franċiż, in-Netherlandiż, il-Ġermaniż, il-Portugiż, il-Litwan u l-Grieg.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 31 Marzu 2021