L-Ewropa qed tirkupra mill-akbar kriżi tas-saħħa pubblika fl-istorja tagħha, li wasslet ukoll għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku mingħajr preċedent. Il-pandemija tal-coronavirus affettwatna lkoll b’xi mod jew ieħor.
In-NextGenerationEU hu aktar minn pjan ta’ rkupru – hu opportunità ta’ darba li noħorġu aktar b’saħħitna mill-pandemija, nittrasformaw l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna, u nfasslu Ewropa li taħdem għal kulħadd.
Skopri kif l-UE qed tagħmel l-Ewropa aktar b’saħħitha, aktar ekoloġika u aktar diġitali, u kif tista’ tkun parti mill-bidla. Hekk kif il-finanzjament tan-NextGenerationEU jsir disponibbli u l-proġetti jibdew, se ssib aktar informazzjoni hawnhekk dwar l-inizjattivi fiż-żona tiegħek.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 11 Ottubru 2021