Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 15 Novembru 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

20 ta’ Novembru: Il-Jum Dinji tat-Tfal

Cover publication
© European Union

L-20 ta’ Novembru hija data speċjali ddedikata għat-tfal fid-dinja kollha. Dan il-jum jiċċelebra l-adozzjoni tad-Dikjarazzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal u l-Konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal, li huma dokumenti fundamentali li jipproteġu drittijiethom. Hi okkażjoni biex niftakru li d-drittijiet tat-tfal mhumiex negozjabbli: l-edukazzjoni, il-protezzjoni u s-saħħa mhumiex privileġġi iżda drittijiet.

Dan il-jum mhuwiex biss ċelebrazzjoni iżda sejħa għal azzjoni biex tittejjeb dinjet it-tfal. Hi opportunità biex nirriflettu dwar kif nistgħu nikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ dinja aħjar għaċ-ċittadini żgħażagħ tagħna.

It-tema ta’ din is-sena hi “Nisimgħu l-ġejjieni”. Ara l-pjattaforma tal-UE għall-parteċipazzjoni tat-tfal, li hi spazju sikur għat-tfal u l-adolexxenti biex isemmgħu leħinhom dwar il-liġijiet u l-politiki Ewropej li jikkonċernawhom. 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
15 Novembru 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • Event