Probabbli taf li kull sitt xhur, pajjiż differenti tal-UE jkollu l-presidenza tal-Kunsill tal-UE. Prattikament, dan ifisser li jorganizzaw il-laqgħat tal-mexxejja tal-pajjiżi u jissuġġerixxu l-oqsma li fihom jixtiequ li l-UE tagħmel progress. Fl-1 ta’ Lulju l-presidenza tiġi f’idejn Spanja.
Spanja stabbiliet erba’ oqsma ta’ prijorità taħt il-motto “L-Ewropa, eqreb”:
- l-industrijalizzazzjoni mill-ġdid tal-Ewropa
- it-twettiq ta’ progress fit-tranżizzjoni ekoloġika
- il-ġustizzja soċjali u ekonomika
- it-tisħiħ tal-unità Ewropea
Tgħallem aktar dwar il-presidenza Spanjola tal-UE: Il-Presidenza Spanjola tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (europe.eu)
Biex tiskopri aktar dwar Spanja, ilgħab il-logħba: L-UE: x’inhi? (europa.eu)
Sorsi
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 30 Ġunju 2023
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News