Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

L-Istat tal-Unjoni 2026

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni Ewropea, jew “SOTEU”, huwa d-diskors annwali mogħti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Parlament Ewropew fi Strasburgu kull Settembru, biex jagħti bidu għas-sena politika l-ġdida.

  • Avviż tal-aħbarijiet
  • 14 Settembru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
State of the Union Address 2023 by Ursula von der Leyen, President of the European Commission

Għal darb’ oħra din is-sena, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen se tiddeskrivi l-kisbiet tas-sena li għaddiet u l-kwistjonijiet importanti li qed jiffaċċjaw l-Ewropej. Hija se tippreżenta l-prijoritajiet u l-inizjattivi konkreti biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet fis-sena li ġejja, pereżempju, billi tipproponi liġijiet jew politiki ġodda tal-UE.

Dan l-indirizz jagħmel kontenut topiku kbir għad-diskussjonijiet fil-klassi dwar l-Unjoni Ewropea u l-futur tagħha u jista’ jservi bħala parti importanti minn lezzjoni usa’ dwar l-Ewropa. Tista’ ssib informazzjoni biex tintroduċi dan is-suġġett lill-istudenti hawnhekk u tara d-diskors mid-9am CET fl-16 ta’ Settembru f’din il-link, fejn tista’ ssib ukoll informazzjoni u materjal ta’ komunikazzjoni utli.

Sorsi

Data tal-pubblikazzjoni
14 Settembru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • Event