
Fit-18-20 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew se jkollu t-12-il avveniment tiegħu għaż-żgħażagħ: L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!
Is-suġġett ta’ din is-sena? It-tibdil fil-klima, fil-forma ta’ mudell online ta’ COP (Konferenza tal-Partijiet) li fih se jieħdu sehem aktar minn 120 student u 35 għalliem minn 33 pajjiż. Jekk għandek passjoni għal dan is-suġġett, tista’ tingħaqad ma’ Designing Systemic Change (Infasslu l-bidla sistemika) – avveniment live għall-pubbliku filgħodu nhar is-Sibt 20 ta’ Marzu.
Tgħallem dwar il-bidliet sistemiċi meħtieġa biex tiġi indirizzata l-kriżi klimatika minn esperti, attivisti u influwenzaturi żgħażagħ, staqsi mistoqsijiet u aqsam il-fehmiet tiegħek stess. L-artisti se jdawru l-kummenti tiegħek f’xogħol artistiku, sabiex tkun tista’ tiskopri wkoll il-poter tal-arti biex iġġib il-bidla.
Kemm jekk int attivist jew artist żagħżugħ, jew jekk inti kurjuż, ingħaqad magħna fl-10 a.m. ħin ta’ Brussell fl-20 ta’ Marzu, u għidilna dwar il-bidla li tixtieq tara fid-dinja! L-avveniment se jkun bl-Ingliż biex jiffaċilita l-iskambju fost il-parteċipanti.
Link għall-avveniment => L-Ewropa Tiegħek, Leħnek | Facebook
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 5 Marzu 2021