Tgħallem u ilgħab
Jekk int student tal-iskola primarja jew sekondarja, dan hu fejn issib logħob, kompetizzjonijiet u kotba ta’ attività biex jgħinuk tiskopri l-UE b’mod divertenti, fil-klassi jew id-dar. Tista’ ssir taf aktar dwar l-istudju jew il-volontarjat barra minn pajjiżek.
Għallem u kkonnettja
Jekk int għalliem u tixtieq tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu dwar l-UE u kif din taħdem, dan huwa sors ta’ materjal għat-tagħlim għall-gruppi tal-etajiet kollha. Barra li ssib ispirazzjoni għall-pjanijiet tal-lezzjonijiet, tista’ wkoll tiskopri opportunitajiet ta’ networking ma’ skejjel u ma’ għalliema oħra fl-UE kollha.
Bil-lingwi kollha tal-UE
Ir-Rokna tat-Tagħlim hi disponibbli bl-24 lingwa uffiċjali tal-UE. Agħżel il-lingwa li trid fin-naħa ta’ fuq tal-paġna.
Fil-Fokus
Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna
L-UE tinsab magħquda fis-solidarjetà tagħha mal-Ukrajna u se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha flimkien mas-sħab internazzjonali tagħha, inkluż permezz ta’ appoġġ politiku, finanzjarju u umanitarju addizzjonali.
Elezzjonijiet Ewropej 2024
Bejn is-6 u d-9 ta’ Ġunju 2024, miljuni ta’ Ewropej se jipparteċipaw fit-tiswir tal-futur tad-demokrazija Ewropea fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet Ewropej.
Keeping our promise to YOU!
This brochure highlights the EU’s achievements in supporting youth related issues including, education, employment, health, and environmental initiatives since the start of the current European Commission mandate in 2019.
Skopri aktar
Kronoloġija tal-UE
Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.
Ipparteċipa f’network ma’ għalliema oħrajn
Sib skejjel biex tingħaqad magħhom, għalliema li tista’ taqsam l-esperjenzi tiegħek magħhom, seminars u ħafna aktar informazzjoni pprovduta min-networks Ewropej.
Aħdem u studja
Sib informazzjoni dwar skambji, boroż ta’ studju, volontarjat, traineeships, impjiegi, żjajjar fl-istituzzjonijiet tal-UE u ħafna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ.
X'hemm ġdid?
L-ewwel avventura ferrovjarja tiegħek mad-DiscoverEU
Aħtaf l-opportunità ta’ vjaġġ eċċezzjonali bid-DiscoverEU!
Wasal iż-żmien għall-Ġimgħa Ewropea taż-Żgħażagħ!
Bejn it-12 u d-19 ta’ April niċċelebraw iż-żgħażagħ tal-Ewropa!
Iċ-Ċittadinanza tal-UE Spjegata: ifhem id-Drittijiet u l-Opportunitajiet Tiegħek
Taf liema drittijiet u opportunitajiet int intitolat għalihom bħala ċittadin tal-Unjoni Ewropea?