- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Tip ta’ materjal
Jivvjaġġaw fl-Ewropa permezz ta’ DiscoverEU, jinvolvu ruħhom fid-diskussjoni Ewropea mad-Djalogi tal-UE taż-Żgħażagħ, jipproponu azzjonijiet ġodda tal-UE permezz tal-inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, jistudjaw barra mill-pajjiż permezz ta’ Erasmus+, u jwettqu volontarjat mal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà...
Dawn huma biss ftit mill-ħafna inizjattivi tal-UE biex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom “fil-prattika” jew fil-livell ta’ politika. Inti tista’ tagħmel id-differenza u tista’ ssemma’ leħnek!
Il-fuljett “Involvi Ruħek!” jispjega fil-qosor baħar ta’ opportunitajiet tal-UE biex inti, bħala żgħażagħ, tkun tista’ tkun attiv, tinteraġixxi ma’ oħrajn u tiddibatti mal-politiċi.
Fuq l-istess tema

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

Aħna ġejjin minn pajjiżi differenti u nitkellmu ilsna differenti, iżda l-kontinent Ewropew huwa darna lkoll.