Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

After the Rain: storja ta’ tama u fejqan

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Mejju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

X’jiġri meta l-gwerra tifred lit-tfal mill-familji tagħhom? Id-dokumentarju “After the Rain” – rebbieħ ta’ premjijiet varji – jirrakkonta l-ġrajja ta’ tfal Ukreni li jerġgħu jingħaqdu mal-għeżież tagħhom wara li kienu ġew trasferiti bil-forza lejn ir-Russja. 

Miġbud f’nofs il-ġmiel u s-serenità tal-foresti qrib il-Baħar Baltiku, il-film juri kif it-terapija bl-annimali, il-counselling u l-ħin viċin in-natura jgħinu biex il-familji jibdew ifiqu mit-trawma.

B’direzzjoni ta’ Sarah McCarthy, id-dokumentarju jixħet dawl fuq l-impatt uman tal-gwerra Russa fuq l-Ukrajna u l-isforzi li qed isiru biex it-tfal deportati jerġgħu lura d-dar.

Il-film se jkun fuq il-pjattaforma awdjoviżiva tal-Kummissjoni Ewropea sal-10 ta’ Ġunju, b’sottotitli bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bil-Portugiż, bil-Franċiż u bl-Għarbi.

 Hu rakkomandat għal udjenza li għalqet is-16-il sena peress li jittratta temi maturi u hu adattat l-aktar biex jintwera fil-klassijiet waqt diskussjoni gwidata.

Ara d-dokumentarju

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
19 Mejju 2026 (L-aħħar aġġornament: 19 Mejju 2026)
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni