- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
Tagħraf sit web leġittimu minn klonu?
Taf meta l-immaġnijiet, l-awdjo jew il-vidjo jkunu ġenwini u meta jkunu ‘‘deepfakes’’? Il-manipulazzjoni tal-informazzjoni toħloq theddida serja għad-demokrazija tagħna u ddgħajjef is-sens ta’ komunità tagħna. Il-Kummissjoni qed tieħu azzjoni u taħdem mill-qrib ma’ istituzzjonijiet oħra tal-UE u l-istati membri biex tindirizza l-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Hija żviluppat diversi riżorsi biex jgħinu liċ-ċittadini jinnavigaw b’mod sikur ix-xenarju online u jidentifikaw b’mod aktar faċli l-manipulazzjoni tal-informazzjoni. Xi eżempji tal-azzjonijiet tal-Kummissjoni biex tipproteġi s-soċjetà tagħna mill-manipulazzjoni tal-informazzjoni jinkludu:
- Iż-żieda tar-responsabbiltà ta’ pjattaforma online biex jiżguraw li jieħdu passi proattivi biex jindirizzaw riskji sistemiċi minħabba informazzjoni falza jew qarrieqa, filwaqt li jiżguraw ambjent diġitali aktar sikur u aktar affidabbli għal kulħadd.
- Il-protezzjoni u l-appoġġ tal-ġurnalisti u l-media indipendenti, għaliex il-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media huma essenzjali għad-demokraziji tagħna.
- Il-kooperazzjoni mal-verifikaturi tal-fatti, is-soċjetà ċivili, il-media u l-akkademja, u l-appoġġ għal proġetti li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza barranija, għaliex flimkien inkunu aktar b’saħħitna.
Il-fehim ta’ strateġiji tal-manipulazzjoni tal-informazzjoni jagħti s-setgħa lin-nies jirrikonoxxuhom u jirreżistihom. Ir-riżorsi f’din il-paġna jistgħu jgħinuk tiżviluppa l-ħiliet tiegħek ta’ ħsieb kritiku. Ipproteġi lilek innifsek mill-manipulazzjoni tal-informazzjoni.
Sett ta’ għodod fil-klassi
F’dawn l-aħħar snin rajna kemm l-informazzjoni qarrieqa jew falza tista’ tinxtered malajr online. Dan is-sett ta’ għodod dwar id-diżinformazzjoni se jgħin lill-għalliema tal-iskejjel sekondarji jagħtu s-setgħa lill-istudenti tagħhom b’ħiliet vitali ta’ navigazzjoni online. Permezz ta’ eżempji fil-ħajja reali u eżerċizzji fi gruppi, jippromwovi l-ħsieb kritiku u jistimula d-djalogu dwar kif jingħarfu l-fatti mill-finzjoni, u jkopri temi bħas-saħħa pubblika u d-demokrazija.
Slides tal-preżentazzjoni (PPTX)
Slides tal-preżentazzjoni (PDF)

Filmati ta’ suġġerimenti biex jgħinuk tidentifika d-diżinformazzjoni online
L-atturi tad-diżinformazzjoni jużaw diversi tekniki biex iqarrqu u jimmanipulaw lin-nies online. Dan jista’ jvarja minn kloni ta’ siti web leġittimi għal awdjos jew filmati manipulati b’mod ċar – magħrufa bħala “deepfakes” – , imfassla biex jappellaw għall-emozzjonijiet tagħna u jfixxklu l-ġudizzju tagħna.
F’din is-sensiela qasira ta’ tliet filmati, iż-żagħżugħa Essi tagħtik xi suġġerimenti u riżorsi biex jgħinuk tinnaviga b’mod sikur ix-xenarju online u tidentifika d-diżinformazzjoni b’mod aktar faċli.
Diżinformazzjoni, manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin: ir-rispons tal-Kummissjoni Ewropea
Id-diżinformazzjoni, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza minn barranin huma theddida serja għas-soċjetajiet u d-demokraziji tagħna. L-indirizzar ta’ din it-theddida jirrikjedi approċċ min-naħa tas-soċjetà kollha. Ara x’qed tagħmel il-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika tagħha biex tindirizza d-diżinformazzjoni.
Fuq l-istess tema

- Highlighted
Dawn il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-edukaturi jifhmu l-potenzjal li għandhom l-applikazzjonijiet tal-IA u l-użu tad-<em>data</em> fl-edukazzjoni u biex iqajmu kuxjenza dwar ir-riskji possibbli.

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Tuża l-istatistika meta tgħallem? Jew int student li tixtieq tifhem aktar dwar l-istatistika? Mela r-rokna tal-Edukazzjoni fuq is-sit web tal-Eurostat hi l-post it-tajjeb għalik!

Gwida lejn id-Dinja ta' Għeġubijiet li Tinsab Onlajn għal Tfal Intelliġenti

Riżorsi bla ħlas f’29 lingwa biex jgħinu lill-għalliema jintroduċu l-ikkowdjar u l-ħsieb komputazzjonali għall-istudenti ta’ kull età. Dawn l-attivita...

Il-bejjiegħa għandhom jagħtu lix-xerrejja l-istess aċċess għall-oġġetti u s-servizzi kull fejn ikunu fl-UE. Inkella jkun qed isir dak li jissejjaħ “im...

Mill-2017 ’l hawn, iċ-ċittadini tal-UE li jivvjaġġaw fi Stat Membru ieħor ma għadhomx iħallsu t-tariffi tar-roaming biex iċemplu, jibagħtu messaġġ jew...

- Highlighted
Min huma l-“Gatekeepers” Diġitali u għaliex il-Kummissjoni teħtieġ li tirregolahom?