- Grupp ta’ età
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Dwar l-UE
- Tip ta’ materjal
- Kitt għat-tagħlim

L-għodda edukattiva Europe@school – Lezzjonijiet attivi dwar l-Unjoni Ewropea ġiet żviluppata biex tieħu lill-UE fil-klassi. Fiha 7 moduli – li jistgħu jintużaw separatament – u gwida għall-għalliema. L-għodda tgħin biex l-istudenti jitgħallmu dwar l-UE, l-Istati Membri tagħha, il-valuri tagħha u l-impatt li għandha fuq il-ħajja ta' kuljum. Tinkludi wkoll modulu dwar il-litteriżmu medjatiku u d-diżinformazzjoni. L-għodda timplimenta l-idea ta' "tagħlim bil-logħob", permezz ta' kwiżżijiet, logħbiet tar-rwoli u eżerċizzji. Hija l-għodda ideali għall-istudenti tal-iskejjel sekondarji u vokazzjonali u tiġi b'manwal għall-għalliema.
Fuq l-istess tema

Dar l-Istorja Ewropea
Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

Ejjew nesploraw l-Ewropa!
Aħna ġejjin minn pajjiżi differenti u nitkellmu ilsna differenti, iżda l-kontinent Ewropew huwa darna lkoll.

EuroparlTV
EuroparlTV huwa s-servizz tal-Parlament Ewropew li jipproduċi l-filmati għall-internet, bil-għan li jinforma liċ-ċittadini tal-UE dwar l-attivitajiet ...

Id-Demokrazija tal-UE fl-Azzjoni - Semma’ Leħnek bl-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej
L-istudenti tiegħek iridu jgħinu biex tinbidel id-dinja? Is-Sett ta’ Għodod “Id-Demokrazija fl-Azzjoni tal-UE” jinkoraġġixxi lill-istudenti jieħdu rwol attiv fi kwistjonijiet Ewropej b’erba’ lezzjonijiet interattivi dwar id-demokrazija fl-UE u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.