- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja Art in Democracy. Flimkien ma’ wirja fiżika temporanja, il-materjal kollu huwa dejjem aċċessibbli online. L-informazzjoni mogħtija tieħu approċċ aktar ġeneriku, sabiex tkun adattabbli għal kuntesti edukattivi fil-livell internazzjonali li jvarjaw fil-pajjiżi differenti.
Il-kitt hu maqsum f’diversi taqsimiet, inklużi:
- informazzjoni speċifika dwar kif is-seba’ suġġetti magħżulin kif ukoll ix-xogħlijiet artistiċi individwali tal-wirja jirrelataw mat-tema ġenerali tad-demokrazija b’“rokna tal-għalliema” li tagħti xi ideat prattiċi tal-kreazzjonijiet tal-istudenti stess;
- ideat biex jintużaw l-intervisti li taw xi wħud mill-artisti rappreżentati dwar ix-xogħlijiet tagħhom fil-wirja;
- pjan ta’ lezzjoni konkret ibbażat fuq metodoloġija li ssegwi prinċipji demokratiċi u li jagħti varjetà ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu applikati faċilment fil-klassi;
- lista ta’ riżorsi addizzjonali għal aktar informazzjoni dwar l-UE, l-Elezzjonijiet Ewropej 2024 kif ukoll links għal eżempji relatati fl-istorja tal-arti.

Fuq l-istess tema

Dan is-sett ta’ għodda kien żviluppat għal għalliema tal-iskola primarja u studenti żgħażagħ tal-iskola primarja (ta’ 6-7 snin). Għandu l-għan li jappoġġja lil għalliema ħallij organizzaw diskussjonijiet fil-klassi biex jindirizzaw effettivament l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, ibbażati fuq l-eżempju tas-settur tattrasport.

Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l...

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Is-suq uniku, li nħoloq aktar minn 25 sena ilu, jissimplifika l-ħajja taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej billi jistimola t-tkabbir ekonomiku u joħloq l...

Dan il-ktieb jirrakkonta storja ta' tifla żgħira li tibda tmur l-iskola f'pajjiż ġdid.

Żewġt itfal imorru vjaġġ mal-Ewropa u fi triqithom jixtru tifkiriet għan-nanna. Iddeverti b’din il-logħba billi tmur minn punt għal ieħor u tgħin lin-Nanna tifhem x’inhuma!

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...