- Grupp ta’ età
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal

X’hemm komuni bejn ġita skolastika fil-Belġju, btala fi Spanja, u skambju tal-istudenti fil-Ġermanja?
Dawn kollha jistgħu jsiru mingħajr kontrolli fil-fruntieri, bis-saħħa tal-Ftehim ta’ Schengen!
Il-Ftehim ta’ Schengen, li ġie ffirmat fl-14 ta’ Ġunju 1985, biddel il-mod kif nivvjaġġaw fl-Ewropa. Għamilha aktar faċli biex wieħed jiltaqa’ man-nies, jiskopri kulturi ġodda, u jħossu parti minn komunità Ewropea kbira. Illum, miljuni ta’ Ewropej jistgħu jistudjaw, jaħdmu, jew jivvjaġġaw f’25 Stat Membru tal-UE u f’erba’ pajjiżi mhux tal-UE (l-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, u l-Liechtenstein) — mingħajr ma jkollhom bżonn passaport!
L-40 anniversarju tal-Ftehim ta’ Schengen huwa l-mument ideali biex tiddiskuti dan is-suġġett fil-klassi tiegħek.
👉 Ara x’taf dwar Schengen b’dan il-kwiżż
Niżżel stikers, kartolini, u ħafna aktar għall-klassi tiegħek fil-paġna ddedikata għall-40 sena ta’ Schengen!
Fuq l-istess tema

Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l...

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Żewġt itfal imorru vjaġġ mal-Ewropa u fi triqithom jixtru tifkiriet għan-nanna. Iddeverti b’din il-logħba billi tmur minn punt għal ieħor u tgħin lin-Nanna tifhem x’inhuma!

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Esplora, iġbor u oħloq il-mappa tal-baħar tiegħek. Tgħallem aktar dwar l-ibħra u l-kosti Ewropej, l-ambjent tagħhom, l-attivitajiet umani relatati u l...

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

- Highlighted
Ħu r-rwol ta' ministru nazzjonali u esperjenza t-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE billi tinnegozja dwar suġġetti reali li huma importanti għalik.

Is-sit web Europeana jipprovdi aċċess għal miljuni ta’ immaġnijiet, testi, soundbites, filmati u materjal 3D minn eluf ta’ libreriji, arkivji, mużewij...