- Grupp ta’ età
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Storja tal-UE
- Tip ta’ materjal
- Vidjow

M'hemmx mod aħjar biex nispjegaw l-istorja tal-UE milli nerġgħu lura sa meta nħolqot. Din is-sensiela ta’ seba’ videos abbażi ta’ sfond adattat għal kull era turi l-fatti u l-avvenimenti ewlenin fl-istorja tal-Unjoni Ewropea sa mill-ħolqien tagħha fis-snin 50 sal-lum.
Is-sottotitoli f’24 lingwa huma aċċessibbli fin-naħa t’isfel fuq il-lemin ta’ kull video. Il-vjaġġ it-tajjeb!
Is-snin 50
Ejja u vvjaġġa lura għas-snin 50 – żmien ta’ paċi ġdida, alleanzi ekonomiċi u żvilupp ġdid ta’ kooperazzjoni transfruntiera fl-Ewropa.
Is-snin 60
Iċċaqlaq mal-UE mar-ritmu tal-perjodu Swinging Sixties – perjodu ta’ tkabbir ekonomiku u sħubijiet li qed jikbru, iżda wkoll protesti tal-istudenti.
Is-snin 70
Skopri l-UE kif kienet fis-snin 70 – 100% lesta biex taqbad it-triq lejn Komunità pan-Ewropea akbar - jew l-Unjoni - hekk kif is-Sitta fundaturi laqgħu Stati Membri ġodda.
Is-snin 80
Bħala deċennju tal-punt ta’ bidla teknoloġiku, is-snin 80 jaraw ukoll diżastri ekoloġiċi u umani kbar li jwasslu għal moviment globali ta’ solidarjetà. L-#EU tkompli tiġġieled kontra l-inugwaljanzi fost ir-reġjuni tas-suq komuni, tilqa’ lill-Greċja, Spanja u l-Portugall u tistabbilixxi l-bandiera tal-UE.
Is-snin 90
Jinxteħet dawl fuq is-snin 90, snin eċċitanti u ta’ sfida - deċennju kkaratterizzat minn aktar integrazzjoni tal-UE, il-kollass tal-Unjoni Sovjetika u l-introduzzjoni tal-munita tal-euro.
Is-snin 2000
Lest biex tmur lura għas-snin 2000? Mill-Protokoll ta’ Kjoto għall-kriżi finanzjarja, kien deċennju mimli sfidi u kisbiet.
Is-snin 2010
Flimkien, ejjew inħarsu lura lejn il-passat reċenti tagħna: is-snin 2010. Minn kriżi tar-refuġjati għall-GDPR u l-irkupru finanzjarju – hemm ħafna x’niddiskutu!
Fuq l-istess tema
"Isqra" u "Ħamiem" – Il-kunflitt
Huma bosta r-raġunijiet għala l-individwi u l-gruppi jistgħu jiħduha kontra xulxin. Fl-istess ħin, jeżistu affarijiet li ma nistgħux niksbu mingħajr l...
#EuroAt20
Din il-paġna web fiha diversi filmati ta’ spjegazzjoni u aktar dwar l-euro.
Dar l-Istorja Ewropea
Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...
Ejjew nesploraw l-Ewropa!
Aħna ġejjin minn pajjiżi differenti u nitkellmu ilsna differenti, iżda l-kontinent Ewropew huwa darna lkoll.
Europeana
Is-sit web Europeana jipprovdi aċċess għal miljuni ta’ immaġnijiet, testi, soundbites, filmati u materjal 3D minn eluf ta’ libreriji, arkivji, mużewij...
Il-kwiżż L-UE u jien
Dan il-kwiżż onlajn inħoloq għall-istudenti tal-iskola sekondarja biex jgħinhom jifhmu l-aspetti bażiċi tal-UE.
Kronoloġija tal-UE
Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.
L-Ewropa Tul il-Ġenerazzjonijiet
Film maħruġ mill-Kunsill tal-UE fl-okkażjoni ta' Jum l-Ewropa, id-9 ta' Mejju 2015. Ispirat mill-ktieb ta' Victoria Martín de la Torre: "Europe, a lea...