
Illum, l-Unjoni Ewropea qed tfakkar 40 sena minn meta l-bandiera tal-UE ttellgħet għall-ewwel darba fil-binja Berlaymont fi Brussell, il-kwartieri ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, b'ċerimonja speċjali tat-tlugħ tal-bandiera. Bl-isfond blu tagħha u ċ-ċirku bi tnax-il stilla tad-deheb, il-bandiera saret waħda mill-aktar simboli li jingħarfu fl-Ewropa. Nistgħu narawha fl-iskejjel, fil-bliet u fl-ispazji pubbliċi madwar il-kontinent.
Il-bandiera ġiet adottata uffiċjalment fl-1985, meta l-mexxejja Ewropej qablu b’mod kollettiv dwar id-disinn bħala simbolu ta’ unità u għaqda. L-immaġni ta’ 12-il stilla tad-deheb fuq sema nir hija intiża li tirrappreżenta l-armonija u s-solidarjetà fost il-popli tal-Ewropa, bit-12-il stilla li jissimbolizzaw il-kompletezza u t-totalità.
Erba’ deċennji wara, il-bandiera tal-UE tkompli tispira lill-ġenerazzjonijiet il-ġodda jsiru jafu aktar dwar l-Ewropa u jgħinu fit-tiswir tal-futur tagħha.
Sir af aktar dwar il-bandiera u avvenimenti storiċi oħra tal-UE hawnhekk:
Ivvjaġġa lura fiż-żmien u skopri mumenti importanti fl-istorja, l-invenzjonijiet, l-avvenimenti maġġuri fl-isport u s-soċjetà u aktar....li waslu għall-UE kif nafuha llum.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 29 Mejju 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News





