
Il-5 ta’ Ottubru huwa l-Jum Dinji tal-Għalliema, jum li fih niċċelebraw lil dawk li huma l-ispirazzjoni għall-imħuħ tat-tfal u taż-żgħażagħ, u li jedukaw lill-ġenerazzjonijiet futuri tagħna — intom! L-għalliema ma jiqfux mat-tagħlim tal-kurrikulu — iħejju wkoll lill-istudenti tagħhom għal firxa sħiħa ta’ esperjenzi lil hinn mill-klassi, u jipprovdulhom gwida u appoġġ. Għalihom m’hemmx ġurnata waħda bħall-oħra!
Għalhekk, illum qed niżżukom ħajr 💐 bil-kbir għall-kreattività, il-paċenzja, u x-xogħol iebes tagħkom! Għalina tar-Rokna tat-Tagħlim huwa pjaċir u privileġġ li naħdmu spalla ma’ spalla magħkom!
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 24 Settembru 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni





