Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

L-adolexxenti, l-iskrins, u s-saħħa mentali: ilkoll f’baħar wieħed

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 23 Settembru 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Meta nkunu online nistgħu nibnu l-kuntatti, nitgħallmu, u niddevertu — iżda jekk inqattgħu wisq ħin quddiem l-iskrin, dan jista’ jkollu effett fuq is-saħħa mentali u fiżika tagħna. Huwa importanti li jkollna bilanċ tajjeb, u dan jgħodd b’mod partikulari għaż-żgħażagħ.

Il-ħolqien ta’ dinja online aktar sikura huwa responsabbiltà tagħna lkoll. L-UE qed taħdem biex tnaqqas ir-riskji bħall-kontenut li jagħmel il-ħsara u d-disinn li joħloq dipendenza — iżda l-għażliet li tagħmel int huma importanti wkoll.

 

Trid tkun ta’ sostenn għall-istudenti tiegħek jew għal uliedek?

Fl-okkażjoni tal-Jum tas-Saħħa Mentali, fl-10 ta’ Ottubru, tista’ tniżżel u tipprintja posters lesti biex jintużaw mill-webpage li għamilna apposta biex liż-żgħażagħ ngħinuhom ikollhom kontroll fuq id-drawwiet diġitali tagħhom.  
Jekk twaħħal il-posters fl-iskola tiegħek, nieħdu gost narawhom! 

Ibgħatilna ritratt tal-posters fl-iskola tiegħek fuq COMM-PUBLI-FEEDBACKatec [dot] europa [dot] eu (COMM-PUBLI-FEEDBACK[at]ec[dot]europa[dot]eu)

 

 

 

Data tal-pubblikazzjoni
23 Settembru 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Type of content
  • News