
B’kemm-il lingwa taf tgħid ħelow? Fis-26 ta’ Settembru, l-Ewropa tiċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi — opportunità biex tiskopri kemm tista’ tieħu gost bil-lingwi u tiċċelebra l-ħafna modi kif jgħaqqduna.
L-UE għandha 24 lingwa uffiċjali, iżda d-diversità lingwistika tal-Ewropa tmur ferm lil hinn minn dan. Lingwa ġdida tista’ tgħinek tiskopri kulturi ġodda u tibni konnessjonijiet, tagħmlek aktar kunfidenti, u tiftaħlek il-bibien għal opportunitajiet ġodda.
Hemm ħafna modi kif tipparteċipa: ilgħab logħba relatata mal-lingwi, iltaqa’ ma’ nies oħra u oqogħdu pprattikaw lingwi differenti, esplora lingwa ġdida jew organizza attività fl-iskola jew fil-komunità tiegħek.
Lest biex tiskopri lingwa ġdida? Iċċelebra ma’ miljuni ta’ nies madwar l-Ewropa u skopri kif il-lingwi jistgħu jgħinuna nibnu konnessjonijiet, nifhmu lil xulxin u nitgħallmu minn xulxin.
Attendi għall-avveniment online tal-Kummissjoni Ewropea “Languages unite!” li se jsir fit-30 ta’ Settembru.
Avvenimenti viċin tiegħek: Iċċelebra l-Jum Ewropew tal-Lingwi magħna! — Multilingwiżmu, traduzzjoni u servizzi tal-IA bbażati fuq il-lingwa
Skopri aktar: Is-26 ta’ Settembru — Il-Jum Ewropew tal-Lingwi — Multilingwiżmu, traduzzjoni u servizzi tal-IA bbażati fuq il-lingwa
- Data tal-pubblikazzjoni
- 25 Settembru 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News





