Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet8 Diċembru 2020

COVID-19. Lejn vaċċini sikuri, affordabbli u aċċessibbli għal kulħadd

""
© European Union

It-tilqim sikur u effettiv huwa l-aħjar ċans tagħna li nerġgħu lura għall-ħajja normali tagħna wara l-pandemija tal-coronavirus. Biex tgħinna naslu hemm, il-Kummissjoni Ewropea ffirmat kuntratti ma’ kumpaniji farmaċewtiċi. Dawn se jagħtu liċ-ċittadini tal-UE aċċess għal dożi ta' vaċċini hekk kif juruna li huma sikuri u effettivi. Iżda filwaqt li vaċċini sikuri u effettivi huma importanti, it-tilqim huwa kruċjali. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tħejji wkoll il-bażi billi tipprovdi gwida lill-Istati Membri li qed jippjanaw il-kampanji ta’ tilqim tagħhom. Billi jaħdmu flimkien fil-livell tal-UE, l-Istati Membri jistgħu jipproteġu liċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli, irrispettivament minn fejn jgħixu.

Aktar informazzjoni dwar l-istrateġija tal-UE dwar it-tilqim
Aktar informazzjoni dwar il-vaċċini kontra l-coronavirus

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
8 Diċembru 2020