Int interessat fid-drittijiet tat-tfal, l-aċċess tagħhom għas-servizzi jew kif l-UE u l-Istati Membri tagħha jistgħu jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tagħhom? Bħalissa l-Kummissjoni Ewropea qed tiżviluppa Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal – li se tiġi prodotta fil-bidu tal-2021 - u se tilqa’ l-fehmiet tiegħek.
Fil-prattika:
Jekk għandek bejn 11 u 17-il sena, tista’ tipparteċipa f’dan il-kwestjonarju tat-tfal online - disponibbli bi 15-il lingwa. Għandek ċans sat-30 ta’ Ottubru.
Bħala adult, tista’ tesprimi l-fehmiet tiegħek permezz ta’ konsultazzjoni pubblika online, li se tagħlaq fit-8 ta’ Diċembru.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 14 Ottubru 2020