Il-Jum Ewropew tal-Lingwi ilu jiġi ċċelebrat kull sena mill-2001 mill-Kummissjoni Ewropea. Huwa inizjattiva sabiħa li tħaddan id-diversità vasta u l-għadd kbir ta’ kulturi li jeżistu flimkien fl-Ewropa.
Bi kważi 450 miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea u 24 lingwa uffiċjali tal-UE, huwa importanti li tiġi apprezzata d-diversità li tgawdi minnha l-Ewropa. Huwa għalhekk li l-Jum Ewropew tal-Lingwi jservi bħala tfakkira kbira ta’ kif għandna nkunu kburin bil-wirt lingwistiku u kulturali vast tagħna.
F’dan ix-xahar fl-UE jiġu organizzati korsijiet żgħar multilingwi tal-lingwa, kwiżżijiet online, sessjonijiet ta’ ħidma dwar it-traduzzjoni, fieri tal-lingwa, wirjiet ta’ kotba li jivvjaġġaw u ħafna aktar avvenimenti. Agħtihom daqqa t’għajn!
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 19 Settembru 2024
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- Celebration