Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 20 Diċembru 2024
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari

Il-Polonja tieħu f’idea l-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Kont taf li kull sitt xhur, pajjiż differenti tal-UE jkollu f’idejh il-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea? Mill-bidu ta’ Jannar sa Ġunju 2025, imiss lill-Polonja li tieħu f’idejha din ir-responsabbiltà importanti.  

Essenzjalment, dan ifisser li l-Polonja se torganizza l-laqgħat tal-mexxejja tal-pajjiżi u tissuġġerixxi s-suġġetti li dwarhom jixtiequ li l-UE tagħmel progress.  

Il-Polonja stabbiliet seba’ oqsma ta’ prijorità taħt il-motto “Sigurtà, Ewropa!”:  

  • Id-difiża u s-sigurtà
  • Il-protezzjoni tan-nies u tal-fruntieri
  • Reżistenza għall-indħil barrani u d-diżinformazzjoni
  • L-iżgurar tas-sigurtà u l-libertà tan-negozju
  • It-tranżizzjoni tal-enerġija
  • Agrikoltura kompetittiva u reżiljenti
  • Is-sigurtà tas-saħħa 

 

Tgħallem aktar dwar il-Presidenza Pollakka tal-UE. 

 

Biex tiskopri aktar dwar il-Polonja, ilgħab il-logħba: 

Għin lill-istudenti tiegħek jiskopru fuq il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea billi tuża din il-mappa divertenti, interattiva. Ivjaġġa lejn kull pajjiż u sir...

Grupp ta’ età
  • Età minn 9 snin sa 12-il sena

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
20 Diċembru 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni