
Il-Jum għal Internet aktar Sikur jiġi fi Frar ta’ kull sena u huwa okkażjoni rikonoxxuta internazzjonalment biex insiru nafu aktar dwar is-sikurezza online għan-nies ta’ kull età, iżda speċjalment għaż-żgħażagħ. Peress li d-dinja diġitali qed ikollha rwol dejjem akbar fil-ħajja tagħna ta’ kuljum, huwa importanti li nkunu nafu kif għandna nużaw dan l-ispazju sabiex nisfruttaw bl-aħjar mod il-benefiċċji li joffrilna filwaqt li noqogħdu attenti għar-riskji tiegħu. L-għan tal-Jum għal Internet aktar Sikur huwa li jgħin liż-żgħażagħ, lill-ġenituri tagħhom, u lill-għalliema tagħhom jużaw l-ispazji diġitali mingħajr biża’ filwaqt li jibqgħu ’l bogħod mill-perikli online.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Jum għal Internet aktar Sikur, agħti daqqa t’għajn lil din il-mappa (disponibbli biss bl-Ingliż) u agħżel pajjiżek biex tara x’qed jiġi organizzat fil-qrib tiegħek.
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 6 Frar 2025
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni