Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
Learning corner

L-adolexxenti, l-iskrins, u s-saħħa mentali: ilkoll f’baħar wieħed

  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 19 Mejju 2026
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 1 min qari
Adobe Stock

Il-fatt li nkunu online jgħinna nibnu l-kuntatti, nitgħallmu, u niddevertu — iżda jekk inqattgħu wisq ħin quddiem l-iskrin, dan jista’ jkollu effett fuq is-saħħa mentali u fiżika tagħna. Huwa importanti li jkollna bilanċ tajjeb, u dan jgħodd b’mod partikulari għaż-żgħażagħ.

Dan ix-xahar, qed ninkoraġġixxu lin-nies biex jitkellmu fil-miftuħ dwar il-ħajja online, u dan għamilnieh ukoll permezz tal-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali, li saret mill-4 sat-8 ta’ Mejju 2026.

Il-ħolqien ta’ dinja online aktar sikura huwa responsabbiltà tagħna lkoll. L-UE qed taħdem biex tnaqqas ir-riskji bħall-kontenut dannuż u d-disinn li joħloq dipendenza — iżda l-għażliet li tagħmel int huma importanti wkoll.

Trid tkun ta’ sostenn għall-istudenti tiegħek jew għal uliedek?

Tista’ tniżżel u tipprintja posters lesti biex jintużaw mill-webpage li għamilna apposta biex ngħinu liż-żgħażagħ biex ikollhom kontroll fuq id-drawwiet diġitali tagħhom. 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
19 Mejju 2026
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni