Mur għall-kontenut ewlieni
Learning corner
Avviż tal-aħbarijiet11 Novembru 2022Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni

L-Ewropa Tiegħek, Leħnek!

""

Tgħallem adolexxenti li għandhom bejn is-16 u t-18-il sena? Tixtieq tgħinhom jifhmu x’inhuma l-valuri Ewropej u xi tfisser iċ-ċittadinanza attiva f’demokrazija parteċipattiva?

Ingħaqad ma’ L-Ewropa Tiegħek, Leħnek! (YEYS) avveniment organizzat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew fi Brussell fit-23 u l-24 ta' Marzu 2023! Skambju ta’ ideat bl-Ingliż ma’ studenti u għalliema minn 34 pajjiż matul avveniment eċċitanti u interattiv.

Jekk l-iskola tiegħek tintgħażel, tliet studenti u għalliem wieħed jiġu mistiedna jattendu u jipparteċipaw fl-avveniment, fejn jiltaqgħu ma’ studenti minn pajjiżi oħrajn.

Din hi opportunità unika għaż-żgħażagħ biex jifhmu aħjar kif taħdem l-UE u biex jieħdu sehem f’dibattitu simili għal dak ta’ assemblea, f’ambjent multikulturali.

Irreġistra l-iskola tiegħek qabel it-30 ta’ Novembru 2022

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
11 Novembru 2022
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
Grupp ta’ età
'Il fuq minn 15-il sena
Type of content
Event