- Grupp ta’ età
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
- Fuljett
- Comics
X’rilevanza għandha l-Unjoni Ewropea fil-ħajja ta’ kuljum taż-żgħażagħ? Permezz tal-istorja ta’ student li jismu Leo u l-familja tiegħu, dan il-fuljett bl-istil ta’ komik jesplora kif l-azzjoni tal-UE ssawwar ħafna mill-mumenti tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum, mill-aċċess għal ilma tax-xorb nadif u ikel sikur għal opportunitajiet ta’ studju u xogħol barra mill-pajjiż. Il-fuljett jenfasizza kif dawn il-benefiċċji huma bbażati fuq id-dritt tal-UE, kif ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għal kull sitwazzjoni, l-istudenti jiġu riferuti għal sommarji online tal-leġiżlazzjoni rilevanti li huma affidabbli u faċli biex jinqraw.
Niżżel il-fuljett u agħti lill-istudenti l-possibbiltà li jsiru ċittadini infurmati u involuti aħjar! Disponibbli bil-Kroat, bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż

Fuq l-istess tema

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Din l-attività interattiva għall-klassi, li tfasslet għall-istudenti li għandhom bejn 16 u 18-il sena, għandha l-għan li, permezz ta’ logħob pjaċevoli, tgħallimhom ħiliet essenzjali bħall-ħsieb kritiku, il-verifika tal-fatti, u l-użu effettiv tar-riżorsi tal-UE.

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...