- Grupp ta’ età
- Età minn 12-il sena sa 15-il sena
- 'Il fuq minn 15-il sena
- Suġġett
- Tip ta’ materjal
X’ġeneru jiġik mill-ewwel f’moħħok meta taħseb dwar ġugarell, xogħol, sport, jew saħansitra lewn partikulari?
L-istereotipi marbutin mal-ġeneri għandhom l-għeruq fil-kultura tagħna u huma kawża fundamentali tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri. Spiss, lanqas biex nintebħu bihom, iżda jolqtuna lkoll kemm aħna, kemm jekk aħna rġiel kif ukoll jekk aħna nisa. L-istereotipi marbutin mal-ġeneri jistgħu jillimitawlna l-kapaċitajiet u l-aspirazzjonijiet biex nagħżlu xi qasam ta’ studju jew ta’ taħriġ, biex naqbdu karriera professjonali, u biex nagħmlu ċerti għażliet sempliċi tal-ħajja, bħal x’passatemp ikollna.
L-istereotipi marbutin mal-ġeneri jillimitaw il-libertà ta’ kulħadd. Għalhekk huwa importanti li nqajmu diskussjoni dwarhom.
Din il-kampanja tal-UE tħeġġeġ lill-istudenti u lill-għalliema biex jesploraw kif l-istereotipi marbutin mal-ġeneri jinfluwenzaw l-għażliet tagħna, jillimitaw il-potenzjal tagħna, u jikkontribwixxu għall-inugwaljanza. U, l-aktar importanti, tgħin biex fil-klassijiet isiru konverżazzjonijiet onesti u miftuħin.
Wasal iż-żmien li naġixxu! #EndGenderStereotypes
Fuq l-istess tema

Dan is-sett ta’ għodda kien żviluppat għal għalliema tal-iskola primarja u studenti żgħażagħ tal-iskola primarja (ta’ 6-7 snin). Għandu l-għan li jappoġġja lil għalliema ħallij organizzaw diskussjonijiet fil-klassi biex jindirizzaw effettivament l-istereotipi marbuta mal-ġeneru, ibbażati fuq l-eżempju tas-settur tattrasport.

Skopri “Europa Quest”, l-għodda edukattiva l-ġdida f’format ta’ kwiżż biex ittejjeb il-ħidma f’tim u l-komunikazzjoni filwaqt li tesplora l-istituzzjonijiet tal-UE, l-istorja, it-teħid tad-deċiżjonijiet, il-kultura, u ħafna aktar. Dan il-kwiżż hu disponibbli bil-lingwi kollha tal-UE u huwa perfett għat-trawwim tat-tagħlim kondiviż!

Is-suq uniku, li nħoloq aktar minn 25 sena ilu, jissimplifika l-ħajja taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej billi jistimola t-tkabbir ekonomiku u joħloq l...

Dan il-kitt pedagoġiku għandu l-għan li jipprovdi lill-edukaturi bi gwida prattika għall-wirja “Art in Democracy”.

Materjal edukattiv żviluppat flimkien man-narrattiva tal-wirja permanenti tad-Dar tal-Istorja Ewropea. Tista’ tesplora fil-klassi jew f’darek xi wħud ...

Il-Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea tkopri t-trattament mediku f’emerġenzi u għal kundizzjonijiet preeżistenti, meta tivvjaġġa fl...

Aħna ġejjin minn pajjiżi differenti u nitkellmu ilsna differenti, iżda l-kontinent Ewropew huwa darna lkoll.

Il-HistoriCall – il-ġabra ta’ riżorsi diġitali bla ħlas għall-edukazzjoni ċivika u dwar l-istorja, maħluqa minn Dar l-Istorja Ewropea – tgħin lill-edukaturi jgħallmu l-integrazzjoni Ewropea b’mod interessanti, interattiv, u personalizzabbli.