
Lest li tieħu azzjoni kontra t-tibdil fil-klima? Jew taf lil xi ħadd li jaf ikun interessat?
Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Ottubru se tkun miftuħa sejħa għal ambaxxaturi ġodda tal-Patt Klimatiku Ewropew! L-applikazzjonijiet jiġu vvalutati skont kif jidħlu, għalhekk inħeġġuk tapplika kmieni bi kwalunkwe lingwa tal-UE. L-attivitajiet tal-Patt organizzati fil-livell tal-UE se jsiru bl-Ingliż.
X’inhu l-Patt Klimatiku Ewropew?
Il-Patt Klimatiku Ewropew huwa moviment ta’ persuni li jieħdu azzjoni biex jikkontribwixxu għall-bini ta’ Ewropa aktar nadifa u aktar reżiljenti. Il-Patt, li tnieda mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mill-Patt Ekoloġiku Ewropew, jappoġġa l-għan tal-UE li sal-2050 issir newtrali għall-klima. Kemm jekk għadek tibda kif ukoll jekk diġà qed tagħmel differenza fil-komunità jew fl-organizzazzjoni tiegħek, fil-Patt hemm post għalik.
L-ambaxxaturi tal-Patt Klimatiku Ewropew jispiraw, jappoġġaw u jippromwovu azzjoni klimatika sinifikanti fil-komunitajiet u n-networks tagħhom. Dawn jiltaqgħu ma’ mijiet ta’ persuni tal-istess fehma, jaqsmu l-ideat u s-soluzzjonijiet tagħhom, ikollhom aċċess għal għodod u riżorsi prattiċi, u jiksbu rikonoxximent għall-ħidma tagħhom. Taħseb li inti kapaċi?
Tgħallem aktar, xerred il-kelma u applika llum!
- Data tal-pubblikazzjoni
- 1 Ottubru 2026
- Awtur
- Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
- Type of content
- News





